top of page
1.jpg
image_edited.jpg

Evans Building:

Dar tal-Anzjani, Klinka Kompluta Miftuħa 247, Vet, Ambulanza tal-Lokal, Child Care Center 


Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 01/03/2019 © (Digital & Published Rights)
 
Sfortunatament, peress li l-Istat wera li m’għandu l-ebda interess li jinvesti fil-komunità tal-anzjani, persuni vulnerabbli, ġenituri u tfal tal-Belt Valletta – nagħtu ġustizzja assoluta dwar din l-inġustizzja li ilha għaddejja għal diversi snin u sal-ġurnata tal-lum. Dan huwa eżempju ieħor ta’ kemm il-Belt Valletta kienet ilha ppjanata li ma tkunx għall-Beltin, li għal snin twal, b’mod intenzjonali, ġiet abbandunata sabiex tiġi ttimbrata bħala “Belt mejta, mingħajr użu għall-Beltin ħlief għal skop turistiku”.

Din hija l-proposta oriġinali li ilna nressqu quddiem il-Membri tal-Istat mill-2011 sal-2023.

Ftit mill-proposti tal-membri tagħna, qabel ma ġie ffurmat il-partit, kienu propju l-proposti varji u proġetti diversi għal Evans Building. Iżda sfortunatament, mhux talli t-talbiet ġew injorati matul is-snin mill-membri tal-Kunsill (miż-żewġ naħat), iżda talli kien hemm segretezza, nuqqas ta’ kollaborazzjoni mill-Membri Distrettwali (taż-żewġ naħat), nuqqas mill-Ministru tas-Saħħa (taż-żewġ naħat), nuqqas mill-Gvernijiet u mill-Oppożizzjoni mill-2011 sal-ġurnata tal-lum. Din il-propjetà tal-poplu ġiet imbattla minn wara dahar il-poplu nnifsu, u li hemm xniegħa kif ukoll imħabbra f’ġurnal li se taqa’ taħt is-settur privat.
 
Fuq dan li ġara, tlabna l-informazzjoni mill-Kunsill tal-Belt Valletta, tħallejna mingħajr tweġiba u mingħajr għajnuna, ebda entità ma’ ffirmat, anqas xerrdet il-petizzjoni jew it-talba tagħna. Kollox inżamm mistur.

Dan l-aġir huwa kundannabbli. Apparti li ġiet imċaħħda mill-użu għall-komunità Beltija, hemm ukoll l-aspett ta’ silenzju totali dwar kif seħħ dan kollu minn wara dahar il-Beltin ... Din waħidha wkoll fiha x’taħseb! Tispiċċa tasal għall-konklużjoni kemm aħna l-Beltin m’aħniex stmati minn dawk li suppost qegħdin hemm għall-ġid u l-interess tagħna.

Il-proposta tagħna għal Evans Building kienet din:

Hekk kif Evans Building jinsab propju ħdejn is-Sagra Infermerija, magħrufa bħala Dar il-Mediterran ... konna qed nissuġġerixxu li flok tiġi trasferita lill-privat, din il-binja tal-poplu tiġi kkunsidrata bħala Dar tal-Anzjani jew inkella Klinika miftuħa 24/7 jew li jiġi rreplikat l-kunċett simili ta' San Vinċenz De Paul; Dar Tal-Anzjani bl-effiċjenza ta' Klinika inkorporata magħha.

L-aċċess ta’ din il-klinika huwa wieħed strateġiku. Faċli biex kulħadd isibha, u anki faċli biex fil-kobor tagħha jkollha numru sostanzjali ta’ servizzi immedjati ta’ assistenza medika.

Il-post huwa ferm ideali f’każ li xi tfal mill-iskola jkorru/iweġġgħu jew ikunu jbatu b’xi kundizzjoni li tista’ titfagħhom f’sitwazzjoni bejn ħajja jew mewt. (ażma, epilessija, allerġija, problema fil-qalb, użu għall-AED, eċċ.)

L-intenzjoni tal-ambulanza tista’ sservi wkoll sabiex tqassar il-ħin għal dawk il-pazjenti li jkollhom jistennew sabiex tasal l-ambulanza minn barra mill-Belt (dik ta’ Mater Dei).

Permezz ta’ dan il-messaġġ nappellaw li l-binja ta’ Evans Building tibqa’ għall-użu tal-komunità Beltija bħalma kienet u b’hekk għandha dejjem tibqa’.

Naqblu fl-aspett li għandhom isiru proġetti, iżda nixtiequ nesprimu n-nuqqas ta’ proġetti li jġibu dinjità u ħsieb lejna bħala residenti Beltin. F’bosta lokalitajiet madwar Malta u Għawdex isiru investimenti mill-Istat għar-residenti, iżda l-Belt tinsab imwarrba minn dan l-aspett.
 
Tqassim:

B’ħames parkeġġi drop off
B’ħames parkeġġi stand-by
B’garaxx għall-ambulanza tal-lokal li diġà qiegħed fil-ġenb tal-binja.

Servizzi:

Ambulance Services,
Oncology Unit, Ophthalmic,
Blood works & Warfarin, Cardiac Clinic,
Diabetes Clinic, I.B.S Unit,
Digital Imaging (X-Rays),
Down Syndrome Unit,
Electrocardiography (ECG),
Fibromyalgia Clinic,
GP Home Visits & Walk-ins with extended hours,
Gynecology,
Vaccination,
Mental Health Services,
Physiotherapy & Physical Activity Program,
Treatment room,
Alternative Medicine, Orthopedic,
Chiropractor,
POYC & Prescription Unit,
Plaster Unit,
Podiatry,
Oxygen Unit,
Follow Up / Review Clinic,
School Health Services, Scoliosis Clinic,
Emergency Unit,
Speech language Unit,
Sports and Exercise Medicine Clinic,
Baby Clinic, Burns & Wound Unit,
Unit fejn jista’ jakkomoda veterinarji privati mingħajr kirjiet bil-patt u kundizzjoni li jipprovdu l-irħas prezzijiet għas-servizzi tagħhom biex niżguraw li anki l-annimali tagħna jingħataw kura affordabbli.

Filwaqt li l-parti ta’ isfel/quddiem isservi għal skopijiet mediċi u ta’ emerġenza, il-biċċa ta’ fuq/wara tista’ sservi għal skopijiet oħrajn bħal:

01) Child Care Unit għal matul il-ġurnata, estiż għal dawk il-ġenituri li jkunu jixtiequ jagħmlu siegħa sahra kif ukoll għall-ġenituri li tinqalgħalhom xi tip ta’ emerġenza medika matul il-ġurnata jew waranofsinhar, bil-patt u l-kundizzjoni li jippreżentaw dokument uffiċjali mill-isptar/klinika wara li jinqdew. 

02) L-erba’ uffiċini li nfetħu ġewwa l-Kunsill Lokali jiġu ssuġġeriti biex iservu bħala Ċentru “Multi Service One Stop Shop” għall-użu tal-komunità permezz tal-introduzzjoni ta’ Micro-Units: għall-ID Cards, Arms, Enemalta, Reġistru Pubbliku, Counseling / Social Workers, Servizzi Soċjali, ħlas ta’ kull tip ta’ kontijiet kemm governattivi u nongovernattivi, Ċentru ta’ Votazzjoni sabiex l-iskola Primarja titħalla mingħajr ebda tfixkil.

“Much is promised on tourism, with hospitality operators being promised a tax reduction equivalent to 30% of the expenses of a new investment or renovation to their accommodations and with regenerations to touristic areas such as Buġibba, Qawra, Xemxija, Valletta (Evans Building specifically), the Chalet area in Sliema, Paceville, and St. Julian’s all on the cards.”

Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2022, 20:37
https://www.independent.com.mt/articles/2022-03-11/local-news/PL-manifesto-new-mechanism-to-replace-COLA-raft-of-planning-reforms-new-green-areas-6736241368

https://www.businesstoday.com.mt/business/business/2371/valletta_luxury_properties_presents_highest_bid_for_evans_buildings_with_78_million_offer

“Development on the Evans Building site is presently regulated by the St Elmo and Environs Development Brief 2011, which allows the consideration of total redevelopment of this site. Nevertheless, a decision has been made to retain the external shell of the Evans Building while allowing interior modifications.” 

Mill-2011 ’l hawn, il-Belt Valletta kienet taħt żewġ Gvernijiet/Oppożizzjonijiet differenti. Ħadd minnhom ma ried jiggarantilna li Evans Building se jitħalla u jibqa’ għall-użu tal-komunità tal-Belt Valletta. Aħna l-Beltin stmati minn dawk li suppost qegħdin hemm għall-ġid u l-interess tagħna? 

 

Petizzjoni

https://parlament.mt/en/petition?id=163

Proposta

https://www.facebook.com/ResidentBeltValletta/posts/pfbid0ebYnfnU5VY3uTrhhyzetBBr3kLnUtq5ATdrcwxbjb7qE5dQL87zrH1tyyXj1QXCLl

*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.

bottom of page