top of page

Il-Biċċerija l-Antika

Proposta Blog 'ResidentiBeltin' – 02/02/2002-2015 © (Digital & Published Rights)

Bgħatna proposta permezz ta’ tliet ittri indirizzati lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, flimkien lill-Gvern u l-Oppożizzjoni sabiex din il-Biċċerija li tinsab propju f’żona residenzjali tingħata għal skop ta’ għejxien indipendenti għall-anzjani li għadhom f’kundizzjoni li jgħixu waħedhom, u li jixtiequ jÄ‹ekknu d-djar kbar tagħhom kif ukoll fejn f’Ä‹erti Ä‹irkustanzi ma jistgħux ikollhom lift installat Ä¡ewwa l-binja tagħhom. Dawn l-appartamenti kbar jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal dawk il-koppji Beltin li jixtiequ jibdew jew ikabbru l-familja.

Il-binja magħrufa bħala l-Biċċerija għandha fil-Ä¡enb tagħha żona kbira li tista’ tintuża għall-attivitajiet magħmula apposta għall-anzjani Beltin. 

L-istess proposta tagħti sapport ukoll lil dawk li jiddependu jew ikollhom bżonn is-servizzi soÄ‹jali li jipprovdi l-Istat; Meals on Wheels, infermiera u carers, tobba, cleaners ... kollha jkunu kkonÄ‹entrati f’żona waħda taħt saqaf wieħed għall-konvenjenza ta’ kulħadd. 

Din tkun ta’ Ä¡id anki fil-Ä¡lieda kontra s-solitudni li sfortunatament jinsabu fiha bosta anzjani. Permezz tagħha jkunu ta’ sapport lil xulxin. S’issa, il-ħtieÄ¡a ta’ nuqqas ta’ dar tal-anzjani għadha ma Ä¡ietx indirizzata jew implimentata mill-Gvern u l-Oppożizzjoni.


Inżommukom informati dwar xi kambjament.

Aġġornament: 01.06.2015

Sfortunatament, il-Biċċerija se tingħata għal skop, li fil-fehma tagħna tgħin biss aspetti kummerÄ‹jali. Inħossu li parti mill-pjan se joħloq preÄ‹edent ta’ inkonvenjenza f’din iż-żona li fiha żżomm numru kbir ta’ residenti, fosthom b’maġġoranza anzjani. Se nibagħtu komunikazzjoni oħra lill-entitajiet ikkonÄ‹ernati biex jerÄ¡għu jikkunsidraw il-proposta tagħna, u f’każ li l-proÄ¡ett ma jistax jiÄ¡i mwaqqaf se nitolbu li għall-inqas jintuża għal skopijiet kulturali b’inqas inkonvenjent lejn ir-residenti tal-madwar u l-lokalità Ä¡enerali.

https://www.independent.com.mt/articles/2015-06-01/local-news/New-policy-seeks-to-regenerate-Strait-Streett-and-old-civil-abattoir-in-Valletta-6736136515


https://newsbook.com.mt/awdjo-minn-biccerija-antika-ghal-centru-kulturali-ta-kreattivita/


“Il-policy tidentifika l-qalba taż-żona u l-periferija. Fil-każ ta’ Triq id-Dejqa, din hi bejn Triq Santa LuÄ‹ija u Triq San Kristofru, fejn se jitħallew attivitajiet meqjusa “b’intensità għolja” fosthom ħwienet bil-mużika li jaħdmu sa tard billejl. Attivitajiet bħal studios għat-tagħlim, ħwienet indipendenti, spazji għall-wirjiet u akkomodazzjoni turistika għandhom isiru mit-tieni sular ’il fuq jew fil-periferija.”

 

 

bottom of page